Bormliż ta’ 18–il sena li ismu ma jistax jixxandar ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li ħa sehem f’attivitajiet sesswali ma’ minuri u li stupra l-ommha vulnerabbli f’dawk li qed jitqiesu bħala ritwali tal-okkult.
Iż-żagħżugħ, li qed jiġi mixli wkoll li ġiegħel lil dawn in-nisa jagħmlu atti indiċenti li kkawżawlhom ġrieħi, għamel tlett xhur taħt arrest preventiv.
Dan apparti li hu akkużat li kkawża lill-oħt it-tfajla u ommha biża’ li jiġu vjolentati.
Minkejja l-fatt li l-avukat ġenerali oġġezzjona għat-talba tal-ħelsien mill-arrest iżda l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera stqarret li sa dan l-istadju l-qorti għandha quddiemha persuna preżunt innoċenti allavolja l-akkużi huma ta’ natura gravi.
B’hekk iż-żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ tmint elef ewro.