Serge Morel-Jean, Franċiż li għandu tlieta u sebgħin sena u qiegħed joqgħod f’lukanda fil-Mellieħa baqa’ jinżamm arrestat minkejja li ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq akkużi marbuta ħsara fil-Park tal-Majjistral.
Huwa wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien iżda ma kellux biex iħallas id-depożitu marbut mal-kundizzjonijiet imposti. Fost oħrajn il-Franċiż ġie mixli li għamel ħsara fuq propjetà tal-Gvern li tammonta għal aktar minn elfejn u ħames mitt ewro filwaqt li kien mixli wkoll li ħejja attività f’żona ta’ konservazzjoni jew protezzjoni mingħajr il-permess meħtieġ fost oħrajn.
Fil-Qorti, l-akkużat qal li huwa d-direttur ta’ aġenzija tal-ivjaġġar u l-Ispettur Elliott Magro spjega kif l-ERA rċiviet diversi lmenti ta’ żebgħa ħamra f’żoni bħall-Park tal-Majjistral.
Minn investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li l-akkużat ġab numru ta’ atleti Malta u l-imputat għamel dawn il-marki biż-żebgħa biex jindika d-direzzjoni li jridu jgħaddu minnha l-atleti.
Fl-Awla ġie spjegat kif il-Pulizija sabu numru ta’ bottijiet ta’ żebgħa fil-karozza tiegħu u tawh perjodu ta’ ħin li matulu l-akkużat ried ineħħi dawn il-marki iżda huwa mifhum li l-akkużat kulma għamel huwa baraxhom u għattihom bil-ħamrija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest iżda l-akkużat baqa’ jinżamm arrestat hekk kif Morel-Jean qal li ma jistax iħallas id-depożitu u l-garanzija personali li jammontaw għal għaxart elef ewro kull waħda