Raġel ta’ 33 sena min-Netherlands li joqgħod Ħal Luqa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq raġel ta’ 56 sena fost oħrajn.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u l-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Brigitte Sultana tagħtu l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet.
https://www.one.com.mt/2020/08/19/glieda-fuq-il-vapur-tal-gozo-channel-persuna-l-isptar-1/