Josef Majri ta’ 22 sena minn Ħal Tarxien ingħata l-ħelsien mill-arrest wara tressaq il-Qorti mixli li kellu fil-pussess tiegħu disa’ kilogrammi ħaxixa tal-kannabis.
Huwa kien arrestat waqt rejd mill-pulizija fix-Xgħajra.
Fil-Qorti sar magħruf li l-imputat ikkopera mal-pulizija u għalhekk il-qorti ppreseduta mill-Maġisrat Doreen Clarke laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
Hu kien ordnat ukoll jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa.