Redeemer Camilleri ta’ sitta u għoxrin sena mill-Marsa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li weġġa’ gravi lil raġel ieħor.
Fil-Qorti nstema’ kif l-argument kien marbut mal-eks tfajla tal-imputat, li kienet qiegħda mar-raġel l-ieħor.
Jidher li l-imputat għandu kondotta nadifa, kif ukoll xogħol u indirizz fiss. Għalhekk talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma sabet ebda oġġezzjoni mill-Prosekuzzjoni.
Camilleri ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, depożitu ta’ elf u ħames mitt ewro u garanzija personali ta’ ħamest elef ewro.
Il-Qorti ordnat ukoll li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-allegat vittma.