Fredrick Mifsud ta’ 38 sena mis-Siġġiewi ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ serq.
Huwa ġie akkużat li fit-30 ta’ Mejju seraq karozza minn Ħal Qormi.
Ir-raġel li huwa riċediv, ġie akkużat ukoll li fil-5 ta’ Ġunju filgħaxija ta n-nar lill-istess karozza fiż-Żurrieq.
Ir-raġel ammetta l-akkużi ta’ serq. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000.