Rhys Spiteri ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu 3 kilos kannabis. Il-Pulizija sostniet li d-droga nstabet f’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu personali.
Spiteri wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Id-difiża oġġezzjonat għall-ifriżar tal-assi. Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit laqgħat it-talba.
Spiteri ammetta l-pusses iżda d-difiża qalet li m’hemmx xhieda biżżejjed li turi li l-użu ma kienx wieħed personali.
Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest hekk kif qalet li ma hemm l-ebda periklu għall-provi tal-każ jew bizgħat tal-perikli ddeterminati fil-liġi. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba u qalet li għadu jrid jiġi invetigat il-każ iktar fil-fond.
Il-Qorti qalet li tħoss li l-akkużi huma serji, pero dan biss ma jwaqqafx il-Qorti milli tgħati l-ħelsien mill-arrest.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma fl-Għassa tal-Qawra, b’ depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000.