Mohammed Gajigo, ta’ 24 sena mill-Gambja ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess ta’ droga kannabis.
Fil-Qorti instema’ li fl-4 ta’ Novembru, l-Pulizija rċeviet telefonata anonima fuq l-imputat. Meta marret fir-residenza fejn jgħix Mohammed, instabulu tliet pakketti kannabis li jammontaw għal 3.4 grammi ta’ kannabis u fil-mobile sabulu messaġġi u konverżazzjonijiet li juru li Gajigo kien qiegħed ibigħ id-droga.
Id-difiża qalet li dan l-ammont ta’ kannabis mhuwiex illegali u talbet għal ħelsien mill-arrest.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq, tatu l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet u ordnatlu jiddepożita €500 u jagħmel garanzija personali ta’ €10,000.