Raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li allegatament inqabad jittraffika d-droga.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-pulizija ġiet infurmata li f’Ħal Qormi kien hemm kaxxa mimlija bid-droga. L-uffiċjali ħadu d-droga u poġġew waħda falza biex jaqbdu l-moħħ wara l-każ. Jumejn wara, uffiċjal mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga għadda l-kaxxa lill-akkużat.
Il-Pulizija segwiet lill-imputat u arrestatu fil-Ġżira, fejn kien qed isuq karozza mingħajr polza tal-assigurazzjoni.
Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll kif waqt li kien arrestat, terza persuna bdiet iċċempel fuq il-mobile tal-akkużat, u dan wassal biex inqabad l-allegat moħħ wara t-traffikar.
Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, u l-Qorti imponiet diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €350, u garanzija personali ta’ €7,000.
Is-sentenza se tingħata aktar tard dan ix-xahar.