Matthew Farrugia ta’ 34 sena minn Santa Venera ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ttella’ l-qorti mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq terzi persuni u talli kiser il-paċi pubblika.
Fil-Qorti l-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-ispettur Clayton Camilleri spjega kif Farrugia kien involut f’argument li fih il-vittma sofra xi ġrieħi.
L-avukat tad-difiża Raisa Colomba għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest li ġiet milqugħa mill-Maġistrat Charmaine Galea.
Il-Qorti imponiet diversi kundizzjonijiet fosthom li Farrugia jrid jiffirma fl-għassa ta’ Ħal Qormi kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Sibt bejn it-8:00 ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija u garanzija personali ta’ €5,000.