Raġel ta’ 38 sena miż-Żurrieq ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li kkaġuna ferita ta’ natura ħafifa fuq martu u li kkaġunalha biża’ f’argument li nqala’ bejniethom fis-sigħat bikrin tas-Sibt.
Għar-raġel dehret l-avukat Tanya Sciberras li qalet li dan l-inċident kien wieħed iżolat u nqala’ wara diżgwid bejn il-familji tal-koppja.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara, u ħelset lir-raġel mill-arrest bil-kundizzjoni li jgħix mal-ġenituri tiegħu sakemm ikompli jinstema’ l-każ, u li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija.