Żagħżugħ ta’ ħamsa u għoxrin sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li hedded pulizija waqt li kien fis-sakra.
Fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħ allegatament kellu argument mat-tfajla tiegħu f’lukanda f’San Ġiljan.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li meta l-Pulizija marru biex iwaqqfu l-argument, iż-żagħżugħ hedded Pulizija.
Quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello, iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih fejn qal li għamel hekk għax kien fis-sakra.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti tagħtu l-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.