Don Axiaq ta’ sebgħa u tletin sena miż-Żurrieq wieġeb mhux ħati talli hedded u kkawża ġrieħi ħfif lis-sieħba tiegħu.
L-akkużat li ma nstemax ħossu fl-awla hu u jħares lejn l-art talab għall-libertà proviżorja permezz tal-avukati tad-difiża Ishmael Psaila, Shaun Zammit u Edward Gatt.
Axiaq ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ elfejn ewro basta jmur jiffirma fl-Għassa ta’ Birkirkara kull nhar ta’ Ħamis.