Raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ ponn lil ibnu fil-Pjazza tal-Imġarr.
L-allegat argument seħħ nhar is-Sibt li għadda u, kawża tiegħu, il-vittma kellu bżonn jagħmel il-punti.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, l-akkużat qal li hu kien qed jiddefendi lilu nnifsu u wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Hu talab ukoll għall-ħelsien mill-arrest, bit-talba tiġi milqugħa mill-Qorti b’depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €5,000 oħra.