Libjan ta’ tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li lbieraħ bejn id-9:00 u l-10:oo ta’ filgħodu inġurja u hedded b’arma li taqta’ u bil-ponta, żewġ persuni.
Il-każ seħħ f’blokk appartamenti fi Triq is-Sruġ ix-Xagħra, Għawdex.
Is-Seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Brigitte Sultana.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li volontarjament kiser il-kwiet u l-paċi pubblika fost akkużi oħra.
Is-suspettat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.