Jason Sammut ta’ 30 sena, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li ikkaġuna vjolenza domestika fuq is-sieħba tiegħu.
Sammut ġie akkużat li darab lis-sieħba tiegħu b’mod ħafif b’arma li taqta’.
Huwa ċaħad l-akkużi.
Sammut ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €7,000.
Huwa ġie ordnat li ma jkellimx lill-allegat vittma u li jiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija.