Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti ġie mixli li darab ħafif lil martu fost oħrajn.
Huwa tressaq il-Qorti propju fl-ewwel tas-sena quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea.
Ir-raġel li għandu 51 sena u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, biex ma tinkixifx l-identità tal-qraba, kien akkużat ukoll li beżża’ liż-żewġt itfal tagħhom.
Filwaqt li r-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, qrabatu sostnew mal-Qorti li xtaqu jwaqqfu l-proċeduri fil-konfront tiegħu.
Kien hawn li d-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx u b’hekk din it-talba ntlaqgħet mill-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Omar Zammit. Id-Difiża tmexxiet mill-Avukat Thomas Barbara Sant