Raġel ta’ 35 sena mix-Xewkija ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li lbieraħ darab gravi anzjan ta’ 87 sena b’daqqa ta’ arma tan-nar fi Triq is-Salib ix-Xewkija, Għawdex.
Ir-raġel tressaq il-qorti ta’ Għawdex mixli li waqt argument li kellu mal-anzjan għall-ħabta tal-10.:20 ta’ filgħodu, mingħajr il-ħsieb li joqtol jew iqiegħed il-ħajja tal-anzjan f’periklu ċar, ta daqqa jew daqqiet b’arma tan-nar u kkaġunalu ġrieħi gravi.
L-akkużat ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti u ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.