Frankie Bugeja ta’ 39 sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb ħati fuq akkużi ta’ serq ta’ diversi oġġetti.
Fil-Qorti nstema’ li l-akkużat, li joqgħod il-Mellieħa, seraq televixin u DVD player.
Huwa kien mixli li seraq diversi makkinarju tal-kostruzzjoni.
Bugeja ġie akkużat ukoll li kien riċediv.
L-akkużat wieġeb ħati għal akkużi ta’ serq, filwaqt li wieġeb mhux ħati tal-akkuża li huwa reċediv minħabba l-fatt li l-akkużat qal li kien hemm appell fuq din is-sentenza preċedenti.
Permezz tal-avukat tiegħu, l-akkużat talab ukoll għal ħelsien mill-arrest.
L-avukat tal-akkużat spjega ukoll li l-akkużat kien se jibda porgramm ta’ droga f’Jannar li ġej.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Marse-Anne Farrugia, tat il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ tlett elef ewro.