Luke Micallef ta’ 29 sena miż-Żejtun ingħata l-libertà proviżorja b’garanzija personali ta’ €5,000 wara li allegatament seraq xi affarijiet mingħand missieru.
Micallef deher quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, b’akkużi li seraq mazz ċviewet, seraq ukoll €230 u vann.
Fil-Qorti l-ispettur Roderick Attard qal kif fis-7 ta’ Diċembru l-pulizija rċievet rapport li missier l-akkużat insteraq.
Il-prosekuzzjoni żiedet tgħid li Luke Micallef kien il-moħħ wara din is-serqa.
Micallef wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.