Mario Farrugia ta’ 49 sena minn Santa Venera tressaq il-Qorti mixli li reċentament seraq il-flus li nġabru biex imorru għall-karità f’żewġt iħwienet separati f’Ħal Qormi. Huwa kien akkużat li seraq madawar €230 f’kull serqa. Farrugia ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. Filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €7,000 u depożitu ta’ €500. Farrugia rrenda ruħu riċediv minħabba li għandu sentenzi oħra fil-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.