Raġel ta’ 39 sena mill-Marsa ngħata l-ħelsien mill-arrest, ħamest ijiem wara li tressaq il-Qorti.
Il-Ġimgħa, Kurt Buttigieg tressaq il-Qorti akkużat li kellu fuqu kilogramma ta’ droga kokaina, li saq sewqan perikoluż u anke li kellu arma tan-nar mingħajr liċenzja.
Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet kif l-akkużat allegatament waddab pakkett tad-droga barra mill-karozza, wara li l-Pulizija bdiet isegwih.
Buttigieg ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li l-Prosekuzzjoni ddikjarat li ma kelliex xhieda ċivili x’itella’.
Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €7,500 u garanzija personali ta’ €17,500.