Andre Mamo ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq uffiċjal tal-pulizija.
Fil-Qorti ġie spjegat kif il-każ seħħ wara li ż-żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena ħabat bil-karozza tiegħu.
Il-prosekuzzjoni spjegat li ftit wara l-ħabta, xi pulizija marru jkellmu lil Mamo, fejn kien hawn li beda jkellem lil Pulizija ħażin.
Mamo ġie akkużat ukoll li kien xurban u li naqas li jilbes il-maskra, u meta ġie ordnat biex jagħmel dan, qabad joffendi lill-Pulizija.
Mamo ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ tlett elef ewro.
Huwa jrid jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa l-għassa tal-pulizija ta’ Birżebbuġa.