Omar Djelassi ta’ 26 sena minn San Ġwann ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
L-imputat ġie mixli wkoll li hu riċediv.
Fl-awla l-Prosekuzzjuni u d-Difiża qablu li l-imputat għandu jiġi segwit aħjar b’ordni ta’ trattament u għalhekk għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest.
Kien għalhekk li l-Maġistrat Claire Stafrace Zammit laqgħet it-talba fuq diversi kundizzjonjiet u qalet lill-imputat li jekk irid ħajja stabbli jrid jaħdem għaliha.