Aktar kmieni llum ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti Elton Zammit, żagħżugħ ta’ 25 sena mill-Fgura akkużat bi traffikar ta’ droga fuq id-Dark Web u bejgħ ta’ oġġetti foloz kif ukoll tagħmir u apparat tal-pulizija fuq l-internet.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-20 akkuża miġjuba kontrih.
Il-Maġistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba tad-difiża għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €3000 u garanzija personali ta’ €5000 u jiffirma tliet darbiet l-għassa ta’ Raħal Ġdid.