Lydon Azzopardi ta’ 23 sena u li joqgħod ix-Xgħira ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garazija personali ta’ €5,000.
Azzopardi ġie akkużat li rreżista u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq membru tal-Korp tal-Pulizija meta twaqqaf waqt eżerċizzju ta’ road check. Azzopardi twaqaf fuq suspett li kien qed isuq karozza tat-tip Toyota taħt l-effett tal-alkoħol.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. L-Avukat difensur talab għal ħelsien mill-arrest, filwaqt li l-preskuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Eman Hayman ma oġġezzjnax għat-talba.
Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras laqgħet it-talba u imponiet diversi kundizzjonijiet fosthom: li l-imputat jiffirma it-Tnejn u l-Erbgħa bejn it-8 ta’ filgħodu u 8 ta’ filgħaxija fl-għassa ta’ Ħaż Żabbar, ma joħroġx mid-dar qabel is-6.30 am u jirritorna lura d-dar fl-10pm. Ma jsifirx, li jidher quddiem il-Qorti għas-seduti kollha u li ma jagħmilx kuntatt max-xhieda. Il-Qorti nnutat illi l-passaport tal-imputat kien irrapurtat mitluf fl-għassa ta’ Bormla.