Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lir-raġel li jumejn ilu allegatament qatel żewġt iklieb tar-razza fox terrier f’Għawdex billi sparalhom b’arma tan-nar f’Ta’ Sannat.
Huwa tressaq il-Qorti ta’ Għawdex għall-ħabta tad-disgħa tal-lejla, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech.
Raymond Bajada, ta’ 51 sena, minn Ta’ Sannat ġie akkuzat, fost affarijiet oħrajn, b’moħqrija tal-annimali, li qatel lill-klieb, u li kellu fuqu arma mingħajr il-permessi meħtieġa.
Jidher li l-persuna li sparat saqet bi trakk għall-post fejn kienu jkunu l-klieb, li huwa mdawwar bl-irziezet. Ġie rrappurtat li kelb minnhom inqatel b’tir wieħed u l-ieħor b’żewġ tiri.
Il-Qorti ordnatlu jħallas depożitu ra’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li jrid jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-għassa tal-Pulizija.
L-akkużat kien assistit mill-avukat Franco Debono.