Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest lil-Libjan, Mohmed Ali Ahmed Elmushraty, magħruf bħala Lilu King.
Elmushraty kien tessaq il-Qorti mixli li sawwat raġel ieħor fix-Xatt ta’ Tas-Sliema.
Fix-xhieda tiegħu, il-vittma qal li huwa kien spiċċa mal-art wara li qala’ madwar erba’ jew ħames daqqiet mill-aggressur. Kawża ta’ hekk, huwa għamel ġimgħa sħiħa ma jistax jiċċaqlal, waqt li anke ddikjara li lest li jaħfer lil Lilu King jekk huwa ma jkellmux iktar.
Elmushraty jinsab ukoll akkużat b’involviment fi kriminalità organizzata marbuta mat-traffikar tad-droga u l-ħasil tal-flus.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jrid jiffirma darbtejn kuljum l-għassa ta’ San Ġiljan, b’depożitu ta’ tletin elf ewro u garanzija personali ta’ mitt elf ewro.