Jean Claude Cassar ta’ 21 sena nħeles mill-arrest wara li ċaħad li ma onorax il-kundizzjonijet li imponiet fuqu l-Qorti, għaliex ma kienx lura d-dar fil-ħin stipulat lilu. Hu kien mixli wkoll b’pussess sempliċi ta’ kannabis.
Id-Difiża nnutat li l-imputat ma kienx id-dar minħabba ċirkostanzi li ma kinux fil-kontroll tiegħu, u fil-fatt kien fit-triq lura lejn id-dar. Qalet ukoll li kellu punt tnejn ta’ gramma kannabis fuqu u ma kienx hemm dubju li kienet għall-użu esklussiv tiegħu.
Il-Qorti laqgħet it-talba tal-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li Cassar m’għandux isiefer u ma jistax jikkommetti reat ieħor.