Sirjan ta’ 34 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li allegatament attakka lil martu u lil ibnu, wara li kellu ġlieda bit-telefown ma’ xi qraba.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif hu ta daqqa ta’ ħarta lil martu u lil ibnu ġibidlu widnejh.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest u l-Qorti tatu l-ħelsien b’diversi kundizzjonijiet, fosthom depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €3,000.