Fil-Knisja ta’ San Duminku, fil-qalba tal-Belt Valletta, proprju fil-post fejn tgħammed u għex, ingħata l-aħħar tislima il-kantant Joe Cutajar, fl-għomor ta’ 83 sena.
Huwa jibqa’ mfakkar għall-vuċi partikolari tiegħu, u għas-sehem tiegħu fil-Festival tal-Eurovision, fis-sena 1972, bis-silta, ‘L-Imħabba’, li kien interpeta mal-kantanta Helen Micallef.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Joe Cutajar kien miżżewweġ lil Hilda u huwa missier ta’ tlieta, Simon, Liza u Manolita.