Ingħata l-aħħar tislima ż-żagħżugħ Bormliż maħbub minn bosta, Jake Cutajar.
Jake kien żagħżugħ ta’ 21 sena li kellu kundizzjoni rari iżda minkejja dak kollu li għadda matul ħajtu, xorta kien ġuvni pożittiv li dejjem ħares lejn il-ħajja b’mod differenti fejn dejjem kien jipprova jara s-sabiħ tagħha.
Jake kien magħruf sew għall-filmati live li kien jagħmel ta’ kuljum fejn kien jitlob għall-morda b’xandira diretta fuq Facebook flimkien mas-segwaċi tiegħu.
Jake kellu kundizzjoni li kienet tikkonsisti f’nuqqas ta’ ossiġnu fid-demm, liema kundizzjoni ma ppermettitlux imur jara lill-Papa għax ma setax jitla’ fuq l-ajruplan – xewqa kbira li hu kellu matul ħatju.
Kienu bosta persuni li marru jagħtu l-aħħar tislima lil Jake fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Bormla. Żagħżugħ li anke wara mewtu se jibqa’ maħbub u mfakkar bħala ġuvni b’qalb tad-deheb u li dejjem ħaseb f’ħaddieħor.