Chris Portelli, missier ta’ żewġt itfal, il-vittma li miet wara li sofra ġrieħi serji meta waqa’ madwar ħames filati minn sellum fl-impjant ta’ Delimara.
L-inċident seħħ l-għada tal-Milied għall-ħabta tat-15:00 waqt li kien qed iwaħħal sistema tal-arja kundizzjonata f’parti mill-bini tal-impjant. Huwa kellu biss 45 sena.
Chris kien għad kellu biss 45 sena u kien membru attiv immens tal-Għaqda Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar. L-istess għaqda ħassret il-marċ tradizzjonali tal-bidu tas-sena tagħha bħala sinjal ta’ rispett lejn Chris.