Fi Knisja mimlija bin-nies, ingħata l-aħħar tislima Boris Cini li ta’ 43 sena ħasadlu ħajtu inċident b’mutur nhar il-Ħadd li għadda taħt il-mini tal-Università.
Iċ-ċerimonja saret fil-kappella ta’San Girgor fiż-Żejtun fejn viżibilment emozzjonati, dawk preżenti semgħu lis-saċerdot jfakkar il-memorja ta’ Boris fejn iddeskrivih bħala ġentlom li l-preżenza tiegħu kienet iġġib magħha l-ferħ.
Preżenti għaċ-ċerimonja kien hemm għadd ta’ ħbieb ta’ Boris fosthom il-kantant tal-Winter Moods Ivan Grech li anima ċ-ċerimonja b’kant ta’ tislima.
Is-saċerdot ma naqasx li jinkludi fit-talb tiegħu lill-mara li kienet riekba mal-vittma fuq il-mutur li sa issa għada qed tiġġieled għal ħajjitha fl-Isptar Mater Dei.