Raġel ta’ 31 sena residenti l-Ħamruna ngħata għajnuna medika wara li bela’ xi duħħan minn nar fir-residenza tiegħu fil-Pietà.
Il-Pulizija daħlulha rapporti ta’ nirien fi Triq id-Duluri, l-Pietà għall-ħabta tat-20.15 fejn irriżulta li borma ħadet in-nar.
Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien fi ftit ħin. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post wara li bela’ xi duħħan iżda ma ttiħidtx l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Puliziija għadhom għaddejjin.