Ħaddiem li sofra minn ġrieħi wara li waqa’ kantun fuq il-windscreen tal-vettura li kien qed isuq, ingħata kumpens ta’ €6,312.
Michael George Gosney spjega li waqt il-qadi ta’ dmirijietu, kien hemm torri magħmul minn xi materjal li tilef l-istabbilità tiegħu u waqa’ għal fuq l-inġenju li kien qed isuq bil-kawża li nkiser il-windscreen.
L-Imħallef Lawrence Mintoff iddikjara l-kumpanija li magħha kien jaħdem il-vittma naqset milli tipprovdi t-tagħmir kollu meħtieġ.