Raġel ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Fgura ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati li kkawża feriti gravi f’każ ta’ vjolenza domestika fuq l-ex mara tiegħu u s-sieħeb tagħha.
L-inċident seħħ is-Sibt waranofsinhar fil-Fgura, bil-qorti tagħti l-ħelsien mill-arrest lill-ex raġel fuq il-kundizzjoni li jirraporta darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa ta’ Raħal Ġdid u fuq garanzija personali ta’ għaxart elef ewro.