Żagħżugħ ta’ 28 sena minn Birkirkara u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, li għandu problema tad-droga u li huwa riċediv ammetta li wettaq atti vjolenti fuq l-eks sieħba tiegħu, li serqilha €40 kif ukoll għamel xi ħsarat fil-propjetà tagħha.
Il-Prosekuzzjoni mexxija mill-Ispettur Matthew Grech u d-difiża mmexxija mill-Avukat Raisa Colombo qablu li ż-żagħżugħ għandu jingħata l-aħħar ċans biex jirriforma ruħu.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Charimaine Galea ordnat lill-imputat biex jirritorna l-€40 li seraq u li jrid jagħmel arranġamenti mal-eks sieħba tiegħu biex jara lill-uliedu.
Il-Qorti orndat protezzjoni fuq it-tfajla għal tliet snin. Il-Maġistrat wissiet liż-żagħżugħ biex jimxi mal-proċeduri mogħtija lilu għaliex inkella jispiċċa l-ħabs.