Ingħata bidu għall-maratona ġbir ta’ fondi bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien”.
Il-maratona, li se ssir fl-MFCC f’Ta’ Qali se tibqa’ għaddejja sa tard filgħaxija.
Matulha, se jintwerew partijiet mill-ispettaklu tal-bieraħ waqt ir-rally bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, filwaqt li se jkun hemm ukoll ħinijiet ta’ diskussjoni u persuni jirrispondu t-telefonati tan-nies.
Il-maratona tal-lum se tagħlaq sensiela ta’ attivitajiet li kienu qed isiru fl-aħħar jiem bħala parti mill-konferenza tal-Partit Laburista.
L-attivitajiet kollha qed isiru b’konformità mal-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa.