Taħt sigurtà stretta, ingħata bidu għall-akbar avveniment politiku fiċ-Ċina, il-kungress tal-partit komunista.
Għal aktar minn tliet sigħat, il-president Ċiniż, Xi Jinping indirizza aktar minn elfejn delegat fil-kapitali Ċiniża.
Is-summit li jsir darba kull ħames snin jiddetermina min imexxi ċ-Ċina u d-direzzjoni tal-pajjiż għat-terminu li jmiss.
Il-kungress li jiddeċiedi wkoll fuq ir-‘roadmap’ taċ-Ċina għall-ħames snin li ġejjin, mistenni jispiċċa l-ġimgħa d-dieħla.