Il-Karnival ta’ Venezja, li qed jiċċelebra t-300 sena anniversarju mit-twelid ta’ Casanova, fetaħ uffiċjalment ilbieraħ b’parata nawtika li fiha ħadu sehem aktar minn mitt dgħajsa li nstaqu tul il-Grand Canal minn qaddiefa lebsin il-maskri.
Imexxi din il-parata kien hemm il-’Pantegana’, ġurdien kbir tal-papier-mâché li sploda f’biċċiet żgħar tal-konfetti meta wasal ħdejn il-pont tar-Rialto.
It-tema magħżula għal din is-sena kienet propju għeluq it-300 sena ta’ Casanova. Premjijiet ingħataw lill-aqwa dgħajjes mżejna filwaqt li crew ta’ qaddiefa lebsin b’tema tan-naħal rebħu l-ewwel premju.
Il-Karnival ta’ Venezja mistenni jattira madwar tliet miljun viżitatur.