F’lukanda elwenija f’Buġibba, llum ingħata bidu għall-Kampjonat Ewropew tal-Blackball. Kampjonat li fih qed jieħdu sehem 800 plejer ġejjin minn 12-il pajjiż differenti: Ingilterra, Skozja, Wales, Irlanda, Irlanda ta’ Fuq, Ġibilta, Olanda , Ċipru, Belġju, Franza, Katalunja u Malta.
Fl-ewwel ġurnata ta’ logħob il-maltin kellhom bidu tajjeb.
Fil-kategorija tal-Irġiel ‘A’, it-team tas-tas-Seniors għeleb lill-Irlanda 18-7. Fil-kategorija U23, it-team malti rebaħ lill-Irlanda 19-6 filwaqt li fil-kategorija U18, Malta għlebet lill-Irlanda ta’ Fuq 14-11.
Min-naħa l-oħra fil-kategorija tal-Grand Masters Malta tilfet kontra Wales 13-12 u fil-kategorija U15 it-team malgti tilef kontra Wales 9-6.