Hekk kif bħalissa għaddejja l-Istrina, sa ftit wara s-7pm, is-somma miġbura kienet dik ta’ €3 miljun.
L-Istrina, li tittella’ propju bħal lum 26 ta’ Diċembru, l-għada tal-Milied, hija l-ġurnata fejn Malta u Għawdex kollha jingħaqdu u ssegwi u tagħti l-kontribut tagħha lil dawk il-persuni li għandhom bżonn ħafna għajnuna.
Kien propju ttit wara nofsinhar minn ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, li ingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-Istrina ‘Flimkien b’solidarjetà’, b’risq il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/26193424/WhatsApp-Image-2024-12-26-at-12.23.42-2-1024x768.jpeg)
Din il-maratona li qed tixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha, inkluż ONE, se tisskota għal tnax-il siegħa u hija l-ewwel waħda taħt il-patronċinju tal-President Myriam Spiteri Debono.
Fid-diskors tal-ftuħ, il-President ta’ Myriam Spiteri Debono ħeġġet lill-pubbliku biex għal sena oħra juri l-ġenerożità tiegħu b’risq dawk li minħabba mard ikollhom jirrikorru għand il-fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/26191940/471190732_992379909603089_5835928766659578909_n-1024x683.jpg)
Fil-kelmtejn li għamel tal-okkażżjoni, l-Prim Ministru Robert Abela wkoll ingħaqad ma’ dan l-appell, waqt li f’isem il-Gvern ta d-donazzjoni ta’ €100,000 mill-fond tal-Kawżi Ġusti.
Preżenti għall-ftuħ kien hemm ukoll l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/12/26155336/470491172_1152670129563124_4628613758977928733_n-1024x649.jpg)