Illum ingħata l-bidu għall-Golden Buckle, tiġrijiet ta’ ftit sekondi biż-żwiemel f’dawra madwar tliet ibtiet f’forma ta’ trinaglu, magħruf bħala barrel racing.
Dan l-avveniment, li qed isir fl-MFCC, se jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħadd li ġej.
The Golden Buckle qed jiġbor fih madwar 200 żiemel Ewropew, b’uħud minnhom b’titli ta’ rebħ u ’l fuq minn 100 rekkieb mill-Ewropa u l-Amerika.
Dan l-avveniment se jixxandar b’mod dirett fuq stazzjonijiet Amerikani, Awstraljani u anke fl-Amerika Latina, bis-segwaċi mistennija li jaqbżu l-miljun ruħ, għalhekk din se tkun vetrina għal pajjiżna f’kontineti lil hinn mill-Ewropa.
























