Raġel minn Tennessee, li għamel 31 sena maqful f’ċella għal reat li ma wettaqx, qed jiġbor petizzjoni biex jippreżentaha lill-istat biex jiġi kkompensat $1 miljun tas-snin li għamel f’priġunerija inġusta. S’issa, kull ma ngħata kienu $75.
F’Ottubru tal-1977 mara minn Memphis sfat stuprata fid-dar tagħha minn żewġ aggressuri. Ftit wara hi identifikat lil wieħed mill-aggressuri bħala l-ġar tagħha, Lawrence McKinney, li dak iż-żmien kellu 22 sena. Hu kien misjub ħati fuq stupru u fuq serq fejn ingħata s-sentenza ta’ 115-il sena ħabs fl-1978.
Fl-2008 hu nstab li kien innoċenti wara li evidenza tad-DNA li ma kienx hu li wettaq ir-reat. Fl-2009 hu nħeles mill-arrest, fejn id-Dipartiment tal-Korrezzjoni ta’ Tennesse tagħtu $75 biex jibda ħajtu mill-ġdid.
“Peress li lanqas biss kelli karta tal-identità, kellhom jgħaddu tliet xhur biex nkun nista’ nsarraf iċ-ċekk,” qal McKinney.
Issa McKinney, li għandu 61 sena, qed jitlob lill-Gvern ta’ Tennesse biex jiġi eżonorat li tista’ twassal biex jieħu $1 miljun f’kumpens.