Għal għexieren ta’ snin tfal u kbar li jagħmlu parti mill-1st Sliema Scout Group ikkampjaw fil-Palazz ta’ Verdala.
Ta’ kull sena, dawn il-membri minn kull mixja tal-ħajja, jingħaqdu flimkien għal madwar sebat ijiem biex filwaqt li jsiru jafu lil xulxin, jitgħallmu dwar diversi suġġetti, fosthom l-ambjent, iżda saħansitra jieħdu sehem f’attivitajiet u logħob.
Wieħed mil-leaders ta’ dan il-grupp, Timmy Cutugno, spjega kif il-memorji tiegħu bħala membru fl-iscouts imorru lura għal meta kien tifel żgħir, fejn flimkien ma’ sħabu kien jagħmel parti minn familja u kif jiem bħal dawn jagħtu ċans lil kulħadd jieħu gost u jitgħallem
“Naħdmu fuq il-binarji li nsejħulhom spices, li huma social, physical, intellectual, creative u emotional. Nagħmlu ħafna affarijiet, naħdmu fuq il-programmi, u l-programmi naħdmuhom permezz tal-attivitajiet tagħna,” qal Timmy Cutugno.
Din is-sena, il-grupp tal-iscouts jagħlaq il-110 anniversarju mit-twaqqif tiegħu fejn għal dawn is-sebat ijiem 120 membru tal-iscouts ta’ tas-Sliema nġabru flimkien u bnew villaġġ żgħir bejniethom.
Il-membri jibdew minn tfal ta’ seba’ snin u jibqgħu tilgħin għal żgħażagħ ta’ 26 sena, fejn mbad wieħed isib ukoll membri ‘l fuq minn dil l-età li jkunu scout leaders.
Tfal u żgħażagħ li jagħmlu parti minn dan it-tim spjegaw kif għalihom l-iscouts ifisser familja waħda.
“Nieħu ħafna gost meta jkun hawn il-kampijiet… Ilni hawnhekk sentejn, u qishu familja għalija,” qal membru tal-iscouts
Intant il-President ta’ Malta George Vella, żar lill-membri tal-iscouts fejn qasa, kelmtejn magħhom u fl-istess waqt segwa mill-qrib il-ħidma ġenwina ta’ dawn iż-żgħażagħ.