Ilu jaħdem fil-qasam tax-xandir għal dawn l-aħħar snin, infatti ħadem minn wara l-kwinti ta’ diversi produzzjonijiet televiżivi. Xi waqtiet rajnih ukoll f’partijiet minn programmi ‘l hemm u ‘l hawn iżda minn nhar it-Tnejn li ġej, ser jibda esperjenza ġdida ma’ ONE bi programm kompletament għalih.
Jurgen Manicolo jingħaqad mal-familja ta’ ONE bi programm ġdid kuljum, MANICOLO&CO

”Din hija avventura ġdida fil-karriera tiegħi. Meta ġejt avviċinat biex ningħaqad ma’ ONE aċċettajt l-opportunita’ li nimraħ ‘il quddiem. Xammart il-kmiem u bdejt naħdem biex lis-segwaċi ta’ dan l-istazzjon nagħtihom produzzjoni ta’ kwalita’ u kumpanija sabiħa kuljum”
JURGEN MANICOLO – PREŻENTATUR U PRODUTTURREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI

MANICOLO&CO se jkun qed jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-bulettin prinċipali ta’ ONE NEWS. Diskursati ma’ personalitajiet popolari u oħrajn, filmati, informazzjoni, sfidi, tbissima, kurżitajiet, stejjer u rakkonti huma fost il-ħafna li ser naraw waqt dan il-programm.
Għaliex &CO?
F’dan il-programm, m’aħniex ser naraw lil Jurgen biss! Miegħu, f’xi filmat jew inkella b’modi oħra ser naraw 3 tfajliet li huma parti importanti minn dan il-programm: Francesca Scerrti, Sarah Micallef Muscat u Jessika. Kollha se jkollhom rwoli differenti b’tagħrif, kurżitajiet u xi avventuri wkoll.
