Jgħidu li dak li ma joqtolx isemmen iżda mhux dejjem huwa l-każ.
Propju s-Supretendent tas-Saħħa, Dr. Charmaine Gauci spjegat kif sa issa, f’din is-sena ngħalaq kompletament stabbiliment tal-ikel u sebgħa oħra ngħalqu parzjalment.
Dan wara spezzjonijiet li saru dwar l-iġjene u s-sigurtà tal-ikel u f’ġieh is-saħħa tal-poplu.
Dr. Gauci spjegat kif is-sena l-oħra saru ftit aktar minn erba’ t’elef u seba’ mitt spezzjoni u din is-sena diġa saru ftit aktar minn elfejn u seba’ mitt spezzjoni.
Hija spjegat kif numru ta’ spezzjonijiet saru wara diversi ilmenti li daħlu.
“Fejn ikun hemm każijiet fejn inti tara stabililmenti tal-ikel ikun riskjuż ħafna għas-saħħa tal-poplu hemm hekk aħna l-liġi tipprovdilna li nkunu nistgħu nagħlquh kompletament. Jekk inti jkollok area fejn dan l-istabbiliment li tkun riskjuża tista’ hemm hekk propju tagħlaq dik l-area biss u l-kumplament ikun jista’ jibqa’ għaddej. Dan kollu jsir fuq bażi ta’ risk assessment.”
Dr. Gauci tkellmet ukoll dwar dawk imsejħa bħala alerts, fejn matul din is-sena ħarġu xejn inqas minn sebgħa u tletin alert fuq prodotti li fihom jistgħu jkun hemm periklu għas-saħħa tal-konsumatur.
Sadanittant id-Direttur għall-Promozzjoni tas-Saħħa Dr. Paula Vassallo nediet kampanja għas-sigurtà tal-ikel.
Din il-kampanja b’għarfien importanti qed issir għall-ewwel darba u hija mibnija fuq numru ta’ prinċipji.
“L-indafa tal-idejn kif ukoll l-indafa tal-uċuħ fejn inkunu qed insajru. L-importanza wkoll tas-separazzjoni tal-ikel. Iċ-chopping boards nużawhom kemm għall-ikel nej kif ukoll għall-ikel li jkun diġa msajjar jew jista’ jittiekel hekk kif inhu nej u l-importanza li wieħed ibiddel iċ-chopping boards ta’ spiss. L-importanza wkoll it-tisjir, it-temperatura li jissajjar l-ikel jiġifieri anki l-laħam partikolarment it-tiġieġ u l-majjal li għandu anki jissajjar minn ġewwa li jkun tajjeb ma jkunx hemm id-demm, kif ukoll it-tkessiħ tal-ikel.”