Il-Ħamis ingħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed jiġi akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri. Il-każ seħħ fil-15 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet. Il-proċeduri mistenijja jkomplu billi tinħareġ l-Att ta’ Akkuża mill-Avukat Ġenerali.
L-Avukati Fraco Debono u Amadeus Cachia mhux se jibqgħu jirrapreżentaw lil Liam Debono. Il-Maġistrat Joe Mifsud ħatar lill-Avukat tal-Għajnuna Legali Joe Bonnici biex jassisti lil Liam Debono, b’dan tal-aħħar irrifjuta u informa lil Qorti li jrid avukat tal-għażla tiegħu. Debono ingħata ċ-ċans biex jaħtar avukat sas-seduta li jmiss.