Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li minħabba rimi illegali ta’ sustanza bajda mhux identifikata, kellha tagħlaq l-operazzjonijiet fl-impjant tad-drenaġġ tagħha f’Għawdex.
Din bil-għan li jkun żgurat li l-operazzjonijiet tal-impjant jiġu salvagwardjati u li tiġi rkuprata l-effiċenzja tat-trattament mill-aktar fis possibbli.
Fi stqarrija l-Korporazzjoni qalet li nfurmat lill-awtoritajiet ambjentali konċernati u qed tiġbor l-informazzjoni kollha li se tgħaddi lill-pulizija.
Il-Korporazzjoni tenniet li l-infrastruttura tad-drenaġġ hija kumplessa ħafna u delikata u li t-tali infrastruttura tista’ tikkaġunala ħsara minħabba użu mhux xieraq tas-sistema tad-drenaġġ urban.
Huwa għalhekk importanti ħafna li fis-sistema jintrema biss skart uman u toliet paper.
Kwalunkwe suspettat ta’ abbuż jew problemi bid-drenaġġ jista’ jiġi rrappurtat lill-Korporazzjoni fuq freephone: 8007 6400; Email: customercare@wsc.com.mt; Websajt live chat: www.wsc.com.mt; jew permezz tal-midja soċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.